Senġi skur
Dehra
(Rindirizzat minn Elephantulus fuscus)
| Senġi skur | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Afrotheria |
| Ordni: | Macroscelidea |
| Familja: | Macroscelididae |
| Ġeneru: | Elephantulus |
| Speċi: | E. fuscus |
| Isem binominali | |
| Elephantulus fuscus Peters, 1852 | |
| Firxa tas-senġi skur | |
Is-Senġi skur (magħruf xjentifikament bħala Elephantulus fuscus) huwa mammiferu plaċentat insettivoru ta' daqs pjuttost żgħir tal-ordni Macroscelidea. Dan is-senġi jippreferi savana bi ftit siġar u għalkemm għandu firxa ristretta ħafna u mniżżel bħala "speċi b'informazzjoni insuffiċjenti", jiġifieri hemm nuqqas ta' informazjoni (speċjalment dwar l-ambjent li jgħix fih u l-abbundanza tal-ispeċi), huwa maħsub li m'huwiex fil-periklu, għaliex parti mill-firxa tas-senġi skur qiegħda f'żona protetta.
Elephantulus fuscus għandu distribuzzjoni żgħira ħafna mifruxa ma' tliet pajjiżi Afrikani li huma l-Malawi, Możambikk u ż-Żambja.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Macroscelidea
- Familja Macroscelididae
- Ġeneru Elephantulus
- Senġi skur, Elephantulus fuscus
- Ġeneru Elephantulus
- Familja Macroscelididae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Elephantulus fuscus fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN