Aqbeż għall-kontentut

Iżlam

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Islam)
Il-Kagħba fil-Misġed li-Ħram fil-Mekka, l-Arabja Sawdija, l-aqdes post fid-Dinja għall-Misilmin.

L-Iżlam, ġieli miktub Islam non-uffiċjalment, (bl-Għarbi: ۘالِإسْلَام, al-Islām, traduzzjoni: "Sottomissjoni [għar-rieda t'Alla]") huwa reliġjon monoteista Abramika (l-istess bħall-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu) ibbażata fuq il-Quran (bil-Malti: il-Koran jew il-Quran, relatata mal-kelma "Qara" mill-għerq q-r-j) u t-tagħlim ta' Muħammed. L-aderenti tal-Iżlam, imsejħa misilmin jew musulmani, jammontaw għal madwar biljun ruħ madwar id-dinja u jagħmlu parti mit-tieni l-akbar popolazzjoni reliġjuża fid-dinja wara l-Kristjaneżmu.[1]

Il-Misilmin jemmnu li l-Iżlam huwa l-verżjoni sħiħa u universali ta' fidi primordjali li ġiet rivelata ħafna drabi permezz ta' profeti preċedenti bħal Adam (maħsub li hu missier il-bniedem), Abraham (Ibrahim), Mosè (Musa) u Ġesù (Għisa), fost oħrajn. Dawn ir-rivelazzjonijiet preċedenti huma attribwiti lill-Ġudaiżmu u lill-Kristjaneżmu, li huma meqjusa fl-Iżlam bħala twemmin spiritwali ta' qabel. Il-Misilmin iqisu l-Koran bħala l-kelma verbatim ta’ Alla u r-rivelazzjoni finali mhux mibdula. Flimkien mal-Koran, il-Misilmin jemmnu wkoll fir-rivelazzjonijiet preċedenti, bħat-Torah (it-Tawrat) is-Salmi (iż-Żabur), u l-Evanġelu (l-Inġil) Huma jqisu wkoll lil Muħammad bħala l-profeta Iżlamika ewlieni u finali, li permezz tiegħu tlestiet ir-reliġjon. It-tagħlim u l-eżempji normattivi ta' Muħammad, imsejħa s-Sunna, iddokumentati f'rakkonti msejħa l-Ħadit, jipprovdu mudell kostituzzjonali għall-Misilmin. Il-liġi Iżlamika, ix-Xarija, tmiss prattikament kull aspett tal-ħajja, mill-banek u l-finanzi u l-benesseri għall-irwoli tal-irġiel u tan-nisa u l-ambjent. Festi reliġjużi prominenti jinkludu Għid il-Fatar u Għid l-Adħa. It-tliet postijiet l-aktar qaddisa fl-Iżlam f'ordni dixxendenti huma l-Misġed il-Ħram ("il-Moskea s-Sagra") f'Mekka, il-Misġed in-Nabawi (il-Moskea tal-Profeta) fil-Medina, u l-Misġed l-Aqsa (il-Moskea l-Ibgħad) f'Ġerusalemm.

Il-kelma Iżlam (Għarbi: إسلام, lit. 'sottomissjoni [lil Alla]')[2][3][4] hija n-nom verbali tal-Forma IV li toriġina mill-verb سلم (salama), mill-għerq trilitterali s-l-m (س ل م), li jifforma klassi kbira ta' kliem li l-aktar għandhom x'jaqsmu ma' kunċetti ta' sottomissjoni, sigurtà u paċi.[5] F'kuntest reliġjuż, tirreferi għall-konsenja totali għar-rieda ta' Alla. "Mislem" (bl-Għarbi: مُسْلِم, Muslim), il-kelma għas-segwaċi tal-Iżlam,[6] hija l-partiċipju attiv tal-istess forma tal-verb, u tfisser "min jissottometti (lil Alla)" jew "wieħed li jċedi (lil Alla)".[7] Fil-Ħadit ta' Gabrijel, l-Islam huwa ppreżentat bħala parti waħda minn tlieta li tinkludi wkoll imān (twemmin), u iħsān (eċċellenza).[8][9] L-Islam innifsu kien storikament imsejjaħ Muħammediżmu. Dan it-terminu ma baqax jintuża u ġieli jingħad li huwa offensiv, peress li jissuġġerixxi li bniedem, aktar milli Alla, huwa ċentrali għar-reliġjon tal-Misilmin.[10]

Bil-Malti, il-kelma għas-segwaċi tal-Iżlam hija "Musulman/Musulmana" jew "Mislem/Misilma", u l-forma plurali tagħhom hija "Musulmani" jew "Misilmin" rispettivament. L-ewwel kelma oriġinat mit-Taljan, u l-aħħar kelma oriġinat mill-Għarbi, u huwa relatat bl-għerq (s-l-m) tal-Malti.

Irkien il-Fidi (Arkān al-Imān) tal-Iżlam

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kredu Iżlamiku (Għaqida) jeħtieġ twemmin f'sitt irkien/pilastri tal-fidi:[11]

  1. It-twemmin f'Alla (waħdu mingħajr xirka);
  2. It-twemmin fil-mala'ika/malejka (anġli);
  3. It-twemmin f'kull ktieb qaddis imniżżel minn Alla;
  4. It-twemmin fil-profeti (in-nubjien) u l-messaġġieri (r-rosol);
  5. It-twemmin fil-Jum tal-Aħħar (il-jum fejn kulħadd ikun iġġudikat minn Alla);
  6. It-twemmin fil-Qada u l-Qadar (id-destin u l-predestinazzjoni divina).
Il-kelma Alla ġejja mill-Għarbi Allah.

Il-kunċett ċentrali tal-Iżlam huwa t-twemmin f'Alla bit-tewħid (bl-Għarbi: توحيد, tawħīd), Alla wieħed biss, li jismu Allah (bl-Għarbi: اللّه, Allāh), għalkemm jista' jissejjaħ bi kwalunkwe isem sakemm ikollu tifsira tajba u adattata għal Alla.[12][13] Alla jitqies bħala inkomparabbli u mingħajr imsieħba b’kuntrast mat-Trinità Mqaddsa tal-Kristjaneżmu, u min jassoċja sħab ma' Alla jew jattribwixxi l-attributi ta' Alla lil ħaddieħor jitqies bħala idolatorju, imsejjaħ xirk (bl-Għarbi: شرك, relatata mal-kelma ta' "xirka" bil-Malti).

Frażi frekwenti, ħafna drabi espressa mill-Misilmin biex jesprimu dan it-twemmin essenzjali, bl-Għarbi hija: Lā ilāha illā-Llāh waħdahu lā xarīka lah, kieku bil-Malti; "la alla ħlief Allah, waħdu la xrik lilu".[14]

L-anġli (bl-Għarbi: sg. ملك, malak; ملائكة, malā'ikah, bl-ortografija Maltija: sg. malak, pl. mlejka) huma ħlejjaq deskritti fil-Koran u l-Ħadit. Huma deskritti bħala maħluqa biex iqimu lil Alla u wkoll biex jaqdu dmirijiet speċifiċi oħra bħall-komunikazzjoni ta' rivelazzjonijiet minn Alla, li jirreġistraw l-azzjonijiet ta' kull persuna, u li jieħdu r-ruħ ta' persuna fil-ħin il-mewt. Huma deskritti wkoll bħala maħluqa b'mod differenti minn dawl (nūr)[15][16][17] jew nar (nār).[18][19][20][21] L-imlejka (anġli Iżlamiċi) ħafna drabi huma rappreżentati f'forom antropomorfiċi flimkien ma' xbihat sopranaturali, bħal ġwienaħ li jkunu ta' qies kbir jew li jilbsu oġġetti tas-sema.[22][23][24][25] Xi wħud minnhom, bħal Gabriel (Ġibrīl, Ġibril) u Mikiel (Mika'il, Mikejl), jissemmew b'isimhom fil-Koran.

Manuskritt tal-Quran tas-seba' seklu miżmum mill-Università ta' Birmingham. Folio 2 recto (xellug) u folio 1 verso (lemin). Foljo 2 (xellug) mill-aħħar ta' Sura (Kapitlu) 19 sal-bidu ta' Sura (Kapitlu) 20. Foljo 1 (lemin) minn kapitlu 18 vers 23 sa vers 31.

It-test qaddis preminenti tal-Iżlam huwa l-Koran. Il-Misilmin jemmnu li l-versi tal-Koran ġew żvelati lil Muħammad minn Alla, permezz tal-arkanġlu Gabriel (il-proċess jissejjaħ waħj), f'diversi okkażjonijiet bejn is-sena 610[26] u s-632, is-sena meta miet il-profeta.[27] L-istess waħj isir ukoll ma' profeti oħra minn qabel. Madankollu, l-Islam jgħallem li partijiet mill-iskritturi żvelati minn qabel, bħat-Torah, is-Salmi u l-Evanġelu, saru mgħawġa — jew fl-interpretazzjoni, fit-test, jew iż-żewġ,[28][29][30][31] filwaqt li l-Koran jitqies bħala l-kelma finali, verbatim u mhux mibdula ta' Alla.[32][33][34]

Profeti u Messaġġiera

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-profeti (bl-Għarbi: أنبياء, anbijāʾ; bil-Malti: nubjien, sg. nabi) huma maħsuba li ġew magħżula minn Alla biex jipprietkaw messaġġ divin. Xi wħud minn dawn il-profeti li jwasslu ktieb ġdid huwa ssejħu r-rasul (pl. rosol), li jfisser messaġġier (رسول‎, rasūl).[35] Il-Misilmin jemmnu li l-profeti huma umani u mhux divini. Jingħad li l-profeti kollha pprietkaw l-istess messaġġ bażiku tal-Iżlam – sottomissjoni għar-rieda ta' Alla – lil diversi nazzjonijiet fil-passat, u dan jingħad li jispjega ħafna xebh bejn ir-reliġjonijiet. Il-Koran jirrakkonta l-ismijiet ta' bosta figuri meqjusa bħala profeti fl-Iżlam, fosthom Adam, Noè, Abram, Mosè u Ġesù, fost l-oħrajn.[2][36]

Jum il-Qawmien

[immodifika | immodifika s-sors]

It-twemmin fil-Jum tal-Aħħar, magħruf ukoll bħala l-Jum il-Qawmien, jew Jawm al-Qijāmah (bl-Għarbi: يوم القيامة) huwa ewlieni wkoll għall-Misilmin. Il-jum huwa maħsub bħaż-żmien li preordinat minn Alla, iżda mhux magħruf mill-bniedem, inklużi n-nubjien u r-rosol. Il-Quran u l-Ħadit, kif ukoll it-tifsir tal-Għolma (bl-Għarbi: عُلَمَاء, għulamāʾ, "studjużi"; relatata mal-kelma "għalliema"), jiddeskrivu l-provi u t-tribulazzjonijiet ta' qabel u matul Jum il-Qawmien. Il-Koran jenfasizza l-qawmien tal-ġisem, waqfa mill-fehim tal-Għarab pre-Iżlamiku tal-mewt.[37][38][39] Fil-Jum il-Qawmien, il-Misilmin jemmnu li l-umanità kollha se tiġi ġġudikata abbażi tal-għemejjel tajbin u ħżiena tagħhom u kkonsenjata f'ġenna jew ġehennem (infern).[40]

Qada u Qadar (Destin u Predestinazzjoni Divina)

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kunċett tad-destin u l-predestinazzjoni divina fl-Iżlam (bl-Għarbi: القضاء والقدر, al-qaḍāʾ wa l-qadar) ifisser li kull ħaġa, tajba jew ħażina, hija maħsuba li ġiet iddikjarata minn Alla. Il-Qadar, li litteralment ifisser "qawwa", ġej minn għerq q-d-r (ق د ر) li jfisser "tkejjel" jew "jikkalkula".[41][42][43][44] Il-Misilmin spiss jesprimu dan it-twemmin fid-destin divin bil-frażi "inxa Allah" li jfisser "jekk ried Alla" meta jitkellmu dwar avvenimenti futuri.[45]

Irkien l-Iżlam

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Irkien/Pilastri tal-Iżlam (arkān al-Islām, أركان الإسلام; ġieli arkān ad-dīn, أركان الدين, "irkien id-din/pilastri tar-reliġjon") huma prattiċi fundamentali fl-Iżlam, meqjusa bħala atti obbligatorji ta' qima għall-Misilmin kollha. Huma miġbura fil-qosor fil-Ħadit ta' Gabrijel. L-Ahl is-Sunna u x-Xigħa tnejnhom jaqblu dwar id-dettalji bażiċi tat-twettiq u l-prattika ta' dawn l-atti, iżda x-Xigħa ma jirreferux għalihom bl-istess terminiċi. Dawn huma: li jgħidu ix-Xhieda, li jqimu is-sala (l-att tal-qima Iżlamiku), li tħallasu ż-żaka għall-asnaf (dawk eliġibbli għal żaka), li jsumu fix-xahar ir-Ramadan, u li jagħmlu l-ħaġġ (il-pellegrinaġġ lejn Mekka) għal dawk li jistgħu.

Misilmin jsallu fil-moskea.
Ix-Xhieda bil-kaligrafija Għarbija fil-Moskea Ważir Khan.

Dawn huma l-Ħames Irkien l-Iżlam kif miftiehem mill-għaqida Sunnija:[46]

  1. Li jgħidu x-Xhieda (bl-Għarbi: الشهادة, ax-Xahāda): "Axhadu al'lā ilāha illa-Llāh wa axhadu anna Muħammad ar-Rasūlullāh", li tfisser "Nixhed li la alla ħlief Allah u nixhed li Muħammed il-messaġġier t'Allah";
  2. Biex iqimu għall-ħames (fil-waqt tagħha) fard (obbligatorja) is-sala (bl-Għarbi: صلاة, Ṣalā) kuljum;
  3. Biex jagħmlu s-sawm fix-xahar ir-Ramadan, kull sena;
  4. Biex tħallasu ż-żaka (karità annwali) għal dawk li jistgħu;
  5. Biex jagħmlu l-ħaġġ (il-pellegrinaġġ lejn Mekka) mill-inqas darba f’ħajjithom dak li jistgħu.
Mislem Sunniti (xellug) u Misilmin Xiiti (lemin) jagħmlu s-Sala tal-Ġimgħa f'Tehran. Xi Sunniti jagħmlu Sala bl-idejn magħqudin (qabd), filwaqt li xi Xiiti jagħmlu Salla b'idejhom fil-ġnub tagħhom (sadl).

Dawn huma l-prinċipji tal-Iżlam kif miftiehem mill-għaqida Xigħija:

Tnaxi (Itna Għaxarija)

Ix-Xigħa għandhom ħames Usul id-Din (Bażi tar-Reliġjon) u għaxar Furu' id-Din (Anċillari tar-Reliġjon), jiġifieri, it-twemmin u l-prattiċi Xigħi Iżlamiċi. L-Usul id-Din tat-Xigħa Tnaxi huma kollha twemmin meqjus bħala fundamentali għall-Iżlam, u għalhekk ikklassifikati daqsxejn differenti minn dawk elenkati hawn fuq, u huma:

  1. Tawħid (monoteiżmu: twemmin f'Alla wieħed);
  2. Għadl (ġustizzja divina: twemmin bil-ġustizzja ta' Alla);
  3. Nubuwwa (profezija);
  4. Imama (l-Imam li ssuċċieda lil Muħammed);
  5. Migħad (Il-Jum tal-Qawmien u l-ġudizzju).

Minbarra dawn il-Ħames Irkien, hemm għaxar prattiċi li l-Misilmin Xigħin iridu jwettqu, imsejħa Furu' id-Din, li jfisser l-Anċillari tar-Reliġjon.

  1. Sala: Biex tqum għall-ħames (fi waqt tagħha) fard (obbligatorja) is-ssalli kuljum;
  2. Sawm: Sawm fix-xahar tar-Ramadan;
  3. Żaka: il-karità, simili għall-Iżlam ipprattikat mis-Sunnin, tapplika għal flus, baqar, fidda, deheb, tamal, żbib, qamħ u xgħir;
  4. Ħoms: Tassazzjoni annwali ta' wieħed minn ħamsa (20%) tal-qligħ li sena tkun ġiet mgħoddija mingħajr l-użu. Ħoms jitħallas lill-Amajjam (plural miksur tal-Imam); indirettament lil nies foqra u fil-bżonn;
  5. Ħaġġ: Pellegrinaġġ lejn Mekka;
  6. Ġihad: Tistinka għall-kawża ta' Alla;
  7. Sejħa għat-tjubija;
  8. Tipprojbixxi l-ħażen;
  9. Twalla: Tesprimi l-imħabba lejn it-tajjeb;
  10. Tbarra: Tesprimi diżassoċjazzjoni u mibegħda lejn il-ħażen.
Id-49 Imam, il-Prinċep Xah Karim il-Ħusejni, Aga Khan IV (b. 1936), l-Imam tan-Nizari Ismagħeli Xigħa.

L-Ismagħeli għandhom l-irkien tagħhom stess, li huma kif ġej:

  1. Walaja: "Tutela" tindika mħabba u devozzjoni lejn Alla, il-profeti, u l-Imamijiet Ismagħelin u r-rappreżentanti tagħhom;
  2. Tawħid (monoteiżmu: twemmin bl-Alla li Huwa Wieħed);
  3. Sala: B'differenza mill-Misilmin Sunni u Tnaxi, Nizari Ismagħelin jirraġunaw li huwa f'idejn l-Imam attwali li jiddeżinja l-istil u l-forma tas-sala;
  4. Żaka: Bl-eċċezzjoni tad-Drużi, il-Madahib (forma plurali tal-Madhab, skola tal-ħsieb fiqh) Ismagħeli kollha għandhom prattiċi li jixbħu lil dawk tas-Sunni u t-Tnaxi, biż-żieda tal-khums Xigħi karatteristiċi.
  5. Sawm: Nizarin u Mustagħlin jemmnu kemm f'tifsira metaforika kif ukoll letterali tas-sawm.
  6. Ħaġġ: Għal Ismagħelin, dan ifisser li jżuru lill-Imam jew lir-rappreżentant tiegħu u li dan huwa l-akbar u l-iktar pellegrinaġġ spiritwali fost kull pellegrinaġġ. Il-Mustagħli jżommu wkoll il-prattika li jmorru l-Mekka. Id-Drużi jinterpretaw dan b'mod kompletament metaforiku bħala “li jaħarbu mix-xjaten u l-oppressori” u rari jmorru l-Mekka.
  7. Ġihad (Ġlieda): "il-Ġlieda l-Kbir" u "il-Ġlieda ż-Żgħar".

Għebieda (Atti ta' qima)

[immodifika | immodifika s-sors]
Ħaġġieġ (pellegrin tal-Ħaġġ) li jagħmel dugħa (talba) 'l Alla lejn il-Kagħba fil-Misġed il-Ħram f'Mekka.

Minbarra l-Irkien l-Iżlam il-Ħames, il-Misilmin iwettqu wkoll atti addizzjonali oħra li huma mħeġġa iżda mhux meqjusa bħala dmirijiet. Il-Misilmin jaqraw u jimmemorizzaw il-Koran kollu jew partijiet minnu bħala atti ta' virtù. Taġwid jirreferi għas-sett taħ regoli għall-elokuzzjoni xierqa tal-Koran. Ħafna Misilmin jaqraw il-Koran kollu matul ix-xahar tar-Ramadan. Wieħed li memorja l-Koran kollu jissejjaħ ħafed, u xi wħud il-ħadit isemmu li dawn l-individwi jkunu jistgħu jinterċedu għal oħrajn f'Jum il-Ġudizzju.

It-talb lil Alla, imsejħa d-dugħa (bl-Għarbi: الدعاء, ad-dugħāʾ; mill-għerq d-għ-w) għandu l-etikett tiegħu stess bħal li tgħolli l-idejn bħallikieku tallaba.

It-tifkir ta' Alla (ذكر, Dikr) tirreferi għal frażijiet ripetuti li jirreferu lil Alla. Komunement, dan jinkludi taħmid, li faħħar u tiddikjara tifħir dovut lil Alla (bl-Għarbi: الحمد لله, al-Ħamdu li-Llāh) waqt id-dugħa jew meta tħossok grat, tasbiħ, li sebbaħ u jiddikjara glorja lil Alla waqt it-talb jew meta tibża' b'xi ħaġa u tgħid 'b'isem Alla' (بسملة, basmala) qabel ma jibda jagħmel xi ħaġa bħal jiekol.

Liġi u ġurisprudenza

[immodifika | immodifika s-sors]
It-23 Konferenza tal-IIFA f'Medina, Renju tal-Għarbija Sawdija, Novembru 2018. IIFA huwa istituzzjoni Iżlamika internazzjonali għall-istudju avvanzat tal-ġurisprudenza u l-liġi Iżlamika bbażata f'Ġedda, l-Għarbija Sawdija.

Ix-Xarija hija l-liġi reliġjuża li tifforma parti mit-tradizzjoni Iżlamika. Huwa derivat mill-preċetti reliġjużi tal-Iżlam, partikolarment il-Koran u l-Ħadit. Bl-Għarbi, it-terminu xarigħa jirreferi għal-liġi divina ta' Alla u huwa kkuntrastat mal-fiqh, li jirreferi għall-interpretazzjonijiet mill-Għolma. Il-mod ta' applikazzjoni tiegħu fi żminijiet moderni kien suġġett ta' tilwima bejn Misilmin tradizzjonalisti u riformisti.

Ayatullah l-Għodma (Gran Ayatollah) tat-Tnaxi Xigħa. Huma responsabbli biex jespandu l-fiqh tas-setta tagħhom.

It-teorija tradizzjonali tal-ġurisprudenza Iżlamika tirrikonoxxi erba' sorsi tax-Xarija: il-Koran, is-Sunna, dak huwa l-Ħadit u s-Sira (il-bijografija tal-Profeta Muħammad), qjas (raġunament analogu), u iġmagħ (kunsens ġuridiku). Skejjel legali differenti żviluppaw metodoloġiji biex joħorġu deċiżjonijiet tax-xarija minn sorsi skritturali bl-użu ta' proċess magħruf bħala iġtihad. Il-ġurisprudenza tradizzjonali tiddistingwi żewġ fergħat prinċipali tal-liġi, għebieda (atti ta' qima) u mugħamala (relazzjonijiet soċjali), li flimkien tinkludu firxa wiesgħa ta' suġġetti. Id-deċiżjonijiet tagħha jassenjaw azzjonijiet għal waħda minn ħames kategoriji msejħa ħkam (ħakmiet): obbligatorju (fard/waġeb), rakkomandat (mistħabb, maħbub), permess (mubaħ), mistħir (makruh), u pprojbit (ħram). Il-maħfra hija ċċelebrata ħafna fl-Iżlam u, fil-liġi kriminali, filwaqt li l-impożizzjoni ta' piena fuq xi ħati fi proporzjon mar-reat tiegħu hija meqjusa bħala permissibbli; li jaħfer lill-ħati huwa aħjar. Li wieħed imur pass ieħor billi joffri favur lill-ħati huwa meqjus bħala l-quċċata tal-eċċellenza. Xi oqsma tax-Xarija jikkoinċidu mal-kunċett tal-liġi tal-Punent filwaqt li oħrajn jikkorrispondu b'mod aktar wiesa' biex jgħixu ħajja skond ir-rieda t'Alla.

Veduta panoramika tal-Masġed in-Nabawi (il-Moskea tal-Profeta) filMedina, ir-reġjun tal-Ħaġaż, l-Għarabja Sawdija tal-lum, it-tieni l-aqdas moskea fl-Islam.
Veduta panoramika tal-Masġed in-Nabawi (il-Moskea tal-Profeta) filMedina, ir-reġjun tal-Ħaġaż, l-Għarabja Sawdija tal-lum, it-tieni l-aqdas moskea fl-Islam.

Muħammad u t-twelid tal-Iżlam (570–632)

[immodifika | immodifika s-sors]

Skont it-tradizzjoni Iżlamika, Muħammad twieled f'Mekka fis-sena 570 WK u baqa' orfni kmieni f'ħajtu. Meta trabba bħala negozjant, sar magħruf bħala "l-Affidabbli/l-Emin" (Għarbi: الأمين, al-Amīn), u ġie mfittex bħala arbitru imparzjali. Iktar tard iżżewweġ lil min iħaddmu, in-negozjanta Ħadiġa.[47] Fis-sena 610 WK, inkwetat bit-tnaqqis morali u l-idolatrija prevalenti f'Mekka u jfittex l-isklużjoni u l-kontemplazzjoni spiritwali, Muħammad irtira lejn l-Għar Hira fil-muntanja Ġebel in-Nur, ħdejn il-Mekka. Kien matul il-waqt tiegħu fil-għar li huwa qal li rċieva l-ewwel waħj (rivelazzjoni) tal-Koran mill-anġlu Gabrijel. L-avveniment tal-irtir ta' Muħammad lejn l-għar u l-waħj sussegwenti huwa magħruf bħala l-Lajlat il-Qadr (Lejl il-Qawwa) u huwa meqjus bħala avveniment sinifikanti fl-istorja Iżlamika. Matul it-22 sena ta' ħajtu ta' wara, minn 40 sena ‘l quddiem, Muħammad kompla jirċievi rivelazzjonijiet mingħand Alla, u sar l-aħħar jew il-Ħattam in-Nubjien (siġill tal-profeti) mibgħuta lill-bniedem.

Matul dan iż-żmien, waqt li kien f'Mekka, Muħammad ippriedka l-ewwel fil-moħbi u mbagħad fil-pubbliku, u talab lis-semmiegħa tiegħu biex jabbandunaw il-politeiżmu u jqimu u jagħbodu lil Alla wieħed. Ħafna konverti kmieni għall-Iżlam kienu nisa, foqra, barranin, u skjavi bħall-ewwel middin Bilal bin Rabah il-Habaxi.[48] L-elite tal-Mekka ħassew li Muħammad kien qed jiddestabilizza l-ordni soċjali tagħhom billi jippriedka dwar Alla wieħed u jagħti ideat dubjużi lill-foqra u lill-iskjavi minħabba li huma approfittaw mill-pellegrinaġġi lill-idoli tal-Kagħaba.[49]

Wara 12-il sena tal-persekuzzjoni tal-Misilmin mill-Mekkin, Muħammad u sħabu wettqu l-Hiġra ("emigrazzjoni") fis-sena 622 lejn il-belt ta' Jatrib (il-Medina tal-lum). Hemmhekk, mal-konvertiti Medinin (l-Ansar) u l-emigranti Mekkin (il-Muhaġirin), Muħammad f'Medina stabbilixxa l-awtorità politika u reliġjuża tiegħu. Il-Kostituzzjoni tal-Medina ġiet iffirmata mit-tribujiet kollha tal-Medina. Dan stabbilixxa libertajiet reliġjużi u libertà li jużaw il-liġijiet tagħhom stess fost il-komunitajiet Misilmin u mhux Misilmin kif ukoll ftehim biex tiddefendi lil Medina minn theddid estern.[50] Il-forzi tal-Mekka u l-alleati tagħhom tilfu kontra l-Misilmin fil-Battalja tal-Badr fl-624 u mbagħad iġġieldu battalja inkonklussiva fil-Battalja tal-Uħud qabel ma assedjaw lil Medina mingħajr suċċess fil-Battalja tat-Trinka (Marzu–April 627). Fis-sena 628, it-Trattat Hudajbija ġie ffirmat bejn il-Mekkin u l-Misilmin, iżda kien miksur minn il-Mekkin sentejn wara. Hekk kif aktar tribujiet ikkonvertiw għall-Iżlam, ir-rotot tal-kummerċ tal-Mekka nqatgħu mill-Misilmin.

Sas-629, Muħammad kien rebbieħ fil-konkwista kważi bla demm ta' Mekka, u saż-żmien tal-mewt tiegħu fl-632 (fl-għomor ta' 62 sena) kien għaqqad it-tribujiet tal-Għarabja f'politika reliġjuża waħda.

Perjodu Iżlamiku bikri (632–750)

[immodifika | immodifika s-sors]
It-twassigħ tal-Kalifat ir-Rexdin u l-Umawin.
Qubbet is-Saħra (Koppla tal-Blata) mibnija mill-kalif Għabd il-Malek bin Marwan; lesta fi tmiem it-Tieni Fitna.

Muħammad miet fl-632 u l-ewwel suċċessuri, imsejħa ħolfa (kalifi) – Bu Bakar, Għomar, Għotman bin Għaffan, Għali bin Abi Talib u kultant Ħasan bin Għali[51] – huma magħrufa fl-Iżlam Sunni bħala l-Kalifat ir-Rexdin (minn khulafā' ar-rāxidūn, "kalifi iggwidati sewwa").[47] Xi tribujiet ħallew l-Iżlam u rribellaw taħt mexxejja li ddikjaraw lilhom infushom profeti ġodda iżda ġew mgħaffġa mill-ħalif (kalif) Bu Bakar fil-Ħriebijet ta' Ridda. Popolazzjonijiet lokali ta' Lhud u Nsara indiġeni, ippersegwitati bħala minoranzi reliġjużi u eretiċi u intaxxati ħafna, ħafna drabi għenu lill-Misilmin jieħdu f'idejhom l-artijiet tagħhom,[47] li rriżulta f'espansjoni rapida tal-kaliffat fl-imperi Persjan u Biżantin.

Għotman ġie elett fis-sena 644 u l-qtil tiegħu minn ribelli wassal biex Għali jiġi elett il-kalif li jmiss. Fl-Ewwel Fitna (jew Fitna Maqtul Għotman), l-armla ta' Muħammad, Għajxa bint Bu Bakar, qajmet armata kontra Għali, ippruvat tivvendika l-mewt ta' Għotman, iżda ġiet megħluba fil-Battalja tal-Ġemel. Għali pprova jneħħi lill-gvernatur tas-Sirja, Mgħawija, li kien meqjus bħala korrott. Mgħawija mbagħad iddikjarat gwerra fuq Għali u ġie megħlub fil-Battalja tas-Siffin. Il-Ħwiereġ irribellaw u ġew megħluba fil-Battalja tan-Nahrawan iżda qattiel Ħierġi aktar tard qatel lil Għali. Ħasan iben Għali, ġie elett kalif u ffirma trattat ta' paċi biex jevita aktar ġlied, abdika lil Mugħawija b'tpattija għal Mugħawija ma ħatarx suċċessur.[52] Mugħawija beda d-dinastija tal-Umawi bil-ħatra ta' ibnu Jażid I bħala suċċessur, li qanqal it-Tieni Fitna. Matul il-Battalja tal-Karbala, Ħusejn bin Għali nqatel mill-forzi ta' Jażid; l-avveniment ġie mfakkar kull sena mix-Xigħin minn dakinhar. Is-Sunnin, immexxija minn Iben iż-Żubejr u kontra kalifat dinastiku, ġew megħluba fl-assedju ta' Mekka. Dawn it-tilwim dwar it-tmexxija jagħtu lok għall-xiżma Sunni-Xigħi,[53] bix-Xigħa jemmnu li t-tmexxija tappartjeni għall-familja ta' Muħammad permezz ta' Għali, imsejjaħ l-Ahl il-Bejt (lit. in-Nies tad-Dar).[54]

It-tmexxija ta' Bu Bakar issorveljat il-bidu tal-kumpilazzjoni tal-Koran. Il-kalif Għomar bin Għabd il-Għażiż il-kumitat, is-Seba' Foqha tal-Medina,[55][56] u Malik bin Anas kiteb wieħed mill-ewwel kotba dwar il-fiqh (il-ġurisprudenza Iżlamika), l-Imwatta, bħala kunsens tal-opinjoni ta' dawk foqha (għalliema tal-fiqh jew ġuristi Iżlamika).[57][58][59] Il-Ħwiereġ jemmnu li ma kien hemm l-ebda triq tan-nofs kompromessa bejn it-tajjeb u l-ħażin, u kull Misilmin li jagħmel dnub kbir isir kiefer, li jfisser ma jemminx. It-terminu "Ħierġi" jintuża wkoll biex jirreferi għal gruppi aktar tard bħal ISIS.[60] Il-Miriġgħa (al-Murġigħa) għallem li t-tjieba tan-nies tista' tiġi ġġudikata minn Alla biss. Għalhekk, dawk li jagħmlu l-ħażin jistgħu jitqiesu żbaljati, imma mhux iddenunzjati bħala li kiefer (ma jemminx).[61] Din l-attitudni bdiet tipprevali fit-twemmin Iżlamiku prinċipali.[47]

Id-dinastija Umawija rebħet il-Magreb, il-Peniżola Iberika, Gawl Narbonniż u Sindh.[62] L-Umawin tħabtu ma' nuqqas ta' leġittimità u jiddependu fuq militari protett ħafna.[47] Peress li t-taxxa ġiżja kienet taxxa mħallsa minn persuni mhux Misilmin li teżentathom mis-servizz militari, l-Umawin ċaħdu li rrikonoxxew il-konverżjoni ta' persuni mhux Għarbi, peress li naqqset id-dħul. [47] Filwaqt li l-kalifat ir-Rexdin enfasizza l-awsterità, b'Għomar saħansitra kien jeħtieġ inventarju tal-possedimenti ta' kull uffiċjal,[63] il-lussu tal-Umawi kabbar in-nuqqas ta' sodisfazzjon fost il-piju.[47] Il-Ħwiereġ mexxew ir-Rivolta Berbera, li wasslet għall-ewwel stati Misilmin indipendenti mill-kalifat. Fir-rivoluzzjoni Għabbasija, konvertiti mhux Għarab (mawali), klannijiet Għarab imbuttati mill-klann Umawi, u xi Xigħin ngħaqdu u waqqgħu lill-Umawin, inawguraw id-dinastija Għabbasija aktar kożmopolitana fl-750.[64][65]

L-għajn, skond Hunejn bin Isħaq minn manuskritt datat ċ. 1200.
  1. "Pew-Templeton Global Religious Futures Project - Research and data from Pew Research Center" (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-5 ta' Frar 2023. Miġbur 27 ta' Novembru 2023.
  2. 1 2 Schimmel, Annemarie. "Islam". Encyclopædia Britannica. Arkivjat mill-orġinal fl-2015-05-04. Miġbur 17 September 2021.
  3. "Definition of Islam | Dictionary.com". www.dictionary.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-9 ta' Mejju 2022. Miġbur 9 ta' Mejju 2022.
  4. Haywood, John (2002). Historical Atlas of the Medieval World (AD 600 - 1492) (bl-Ingliż) (1st ed.). Spanja: Barnes & Noble, Inc. p. 3.13. ISBN 0-7607-1975-6.
  5. "Siin Mudell:Webarchive." Lane's Lexicon 4. – via StudyQuran.
  6. "Muslim." Lexico. UK: Oxford University Press. 2020.
  7. Lewis, Barnard; Churchill, Buntzie Ellis (2009). Islam: The Religion and The People. Wharton School Publishing. pp. 8. ISBN 978-0-13-223085-8.
  8. Esposito (2000), pp. 76–77.
  9. Mahmutćehajić, Rusmir (2006). The mosque: the heart of submission. Fordham University Press. pp. 84. ISBN 978-0-8232-2584-2.
  10. Gibb, Sir Hamilton (1969). Mohammedanism: an historical survey (bl-Ingliż). Oxford University Press. p. 1. ISBN 9780195002454. Parametru mhux magħruf |kwota= injorat (għajnuna)
  11. Sourcebook of the World's Religions: An Interfaith Guide to Religion and Spirituality (bl-Ingliż). New World Library. 2011. pp. 68–9. ISBN 9781577313328. Parametru mhux magħruf |editor-kunjom= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |editor-isem= injorat (għajnuna)
  12. Mudell:Cite encyclopedia
  13. Mudell:Harvc Mudell:Doi
  14. Ørum, Olav (2018). Sociohistorical and Linguistic Layers of Arabic in Medieval Cairo. The Case of Judaeo-Arabic. With Editions and Translations of Karaite Manuscripts of Judaeo-Arabic Popular Literature on Biblical and Qurᵓānic Prophets. Supplemented with Arabic Transliteration (bl-Ingliż). Oslo: University of Oslo. pp. 76–77.
  15. "Nūr Mudell:Webarchive." The Concise Oxford Dictionary of World Religions. – via Encyclopedia.com.
  16. Mudell:Harvc Mudell:Doi
  17. Mudell:Harvc Mudell:Doi
  18. Mudell:Harvc. – via Encyclopedia.com.
  19. Mudell:Harvc Mudell:Doi
  20. Mudell:Harvc Mudell:Doi
  21. Mudell:Harvp
  22. Burge (2015), pp. 97–99.
  23. Mudell:Harvp
  24. Mudell:Harvc
  25. Mudell:HarvcMudell:Doi
  26. Watt, William Montgomery (2003). [[[:Mudell:Google books]] Islam and the Integration of Society] Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna). Psychology Press. p. 5. ISBN 978-0-415-17587-6.
  27. Esposito (2004), pp. 17–18, 21.
  28. Mudell:Harvp
  29. Mudell:Harvp
  30. Mudell:Harvc
  31. Mudell:Harvc
  32. Mudell:Harvp
  33. Mudell:Harvp
  34. Bennett (2010), p. 101.
  35. Esposito, J. L. (2003). The Oxford Dictionary of Islam. Vereinigtes Königreich: Oxford University Press, US. p. 225
  36. Reeves, J. C. (2004). Bible and Qurʼān: Essays in scriptural intertextuality. Leiden: Brill. p. 177. ISBN 90-04-12726-7. Arkivjat mill-orġinal fl-2023-04-19. Miġbur 21 August 2019.
  37. Mudell:Harvp
  38. Mudell:Harvp. Mudell:Doi: "Ibn Sīnā, Abū Għalī al-Ħusajn b. Għabd Allāh b. Sīnā huwa magħrufa fil-Punent bħal "Avicenna"."
  39. Mudell:Harvc
  40. Esposito, John L. (ed.). "Eschatology". The Oxford Dictionary of Islam. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-13. Miġbur 18 April 2017 via Oxford Islamic Studies Online.
  41. "Andras Rajki's A. E. D. (Arabic Etymological Dictionary)". 2002. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-12-08. Miġbur 13 Novembru 2020.
  42. Mudell:Harvp: "The idea of predestination is reinforced by the frequent mention of events 'being written' or 'being in a book' before they happen": Say: "Nothing will happen to us except what Allah has decreed for us..."
  43. Mudell:Harvc: The verb qadara literally means "to measure, to determine". Here it is used to mean that "God measures and orders his creation".
  44. Mudell:Harvc Mudell:Doi
  45. "Muslim beliefs – Al-Qadr". Bitesize – GCSE – Edexcel. BBC. Arkivjat mill-orġinal fl-2020-11-15. Miġbur 13 November 2020.
  46. "Pillars of Islam | Islamic Beliefs & Practices | Britannica". www.britannica.com. 3 Mejju 2023. Arkivjat mill-orġinal fl-2015-09-05. Miġbur 2021-12-16.
  47. 1 2 3 4 5 6 7 Esposito (2010).
  48. Rabah, Bilal B. Encyclopedia of Islam.
  49. Ünal, Ali (2006). [[[:Mudell:Google books]] The Qurʼan with Annotated Interpretation in Modern English] Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna). Tughra Books. pp. 1323–. ISBN 978-1-59784-000-2.
  50. Serjeant (1978).
  51. Melchert, Christopher (2020). "The Rightly Guided Caliphs: The Range of Views Preserved in Ḥadīth". Political Quietism in Islam: Sunni and Shi'i Practice and Thought. London and New York: I.B. Tauris. pp. 70–71. ISBN 978-1-83860-765-4.
  52. Holt & Lewis (1977).
  53. Harney, John (3 January 2016). "How Do Sunni and Shia Islam Differ?". The New York Times. Miġbur 4 January 2016.
  54. Waines (2003).
  55. Ismāʻīl ibn ʻUmar Ibn Kathīr (2012).
  56. Umar Ibn Abdul Aziz By Imam Abu Muhammad Abdullah ibn Abdul Hakam died 214 AH 829 C.E. Publisher Zam Zam Publishers Karachi, pp. 54–59
  57. Noel James Coulson (1964). [[[:Mudell:Google books]] History of Islamic Law] Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna). King Abdulaziz Public Library. p. 103. ISBN 978-0-7486-0514-9. Miġbur 7 October 2014.
  58. Houtsma, M.T.; Wensinck, A.J.; Lévi-Provençal, E.; Gibb, H.A.R.; Heffening, W., ed. (1993). [[[:Mudell:Google books]] E.J. Brill's First Encyclopaedia of Islam, 1913–1936] Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna). Volume V: L—Moriscos (reprint ed.). Brill Publishers. pp. 207–. ISBN 978-90-04-09791-9.
  59. Studies in Islamic History and Civilization: In Honour of Professor David Ayalon. BRILL. 1986. p. 264. ISBN 9789652640147.
  60. Mamouri, Ali (8 January 2015). "Who are the Kharijites and what do they have to do with IS?". Al-monitor. Miġbur 6 March 2022.
  61. Blankinship (2008).
  62. Puchala, Donald (2003). Theory and History in International Relations. Routledge. p. 137.
  63. Al-Biladhuri, Ahmad Ibn Jabir; Hitti, Philip (1969). Kitab Futuhu'l-Buldan. AMS Press. p. 219.
  64. Lapidus (2002).
  65. Lewis (1993).