Wikikwota
Dehra
(Rindirizzat minn Wikiquote)
|
| |
| URL | www.wikiquote.org |
| Kummerċjali? | Le |
| Tip ta' sit | Repożitorju ta' kwotazzjonijiet |
| Reġistrazzjoni | Opzjonali |
| Lingwi disponibbli | Multingwali |
| Proprjetarju | Fondazzjoni Wikimedia |
| Maħluqa minn | Jimmy Wales u l-komunità Wikimedia |
| Pożizzjoni fuq Alexa | 2750 |
| Stat attwali | Attiva |
Il-Wikikwota huwa proġett ibbażat fuq wiki li hu mmexxi mill-Fondazzjoni Wikimedia, li jaħdem fuq is-softwer MediaWiki. Ibbażat fuq l-idea ta' Daniel Alston u mplimentat minn Brion Vibber, l-għan ta' dan il-proġett hu li jipproduċi kollaboritivament referenza vasta ta' kwotazzjonijiet minn nies popolari, kotba u proverbji, u jagħti dettalji fuqhom. Minkejja li hawn diversi kollezzjonijiet ta' kwotazzjonijiet fuq l-internet, Wikikwota huwa differenti mill-oħrajn minħabba li jagħti l-opportunità biex il-viżitaturi jikkontribbwixxu.[1] Inizzjalment il-proġett beda bl-Ingliż, imma fl-Lulju tal-2004, lingwi ġodda ġew introdotti.
Kronoloġija tal-istorja
[immodifika | immodifika s-sors]
| Data | Avveniment |
|---|---|
| 27 ta' Ġunju 2003 | Temporanjament tpoġġiet fuq il-verżjoni Wolof tal-Wikipedija (wo.wikipedia.com). |
| 10 ta' Ġunju 2003 | Ġiet attivat sottodominju ġdid (quote.wikipedia.org). |
| 25 ta' Awwissu 2003 | Attivat dominju ġdid (wikiquote.org). |
| 17 ta' Lulju 2004 | Lingwi ġodda ġew miżjuda. |
| 13 ta' Novembru 2004 | L-edizzjoni Ingliża tilħaq l-2,000 artiklu. |
| Novembru 2004 | Tilħaq 24 lingwa. |
| Marzu 2005 | Tilħaq total ta' 10,000 paġna. L-edizzjoni Ingliża toqrob lejn it-3,000 paġna. |
| Ġunju 2005 | Tilħaq 34 lingwa, li tinkludi waħda klassika (il-Latin) u waħda artifiċjali (l-Esperanto). |
| 4 ta' Novembru 2005 | Il-Wikikwota Ingliża tilħaq il-5,000 paġna. |
| April 2006 | Il-Wikikwota Franċiża tingħalaq minħabba raġunijiet legali. |
| 4 ta' Diċembru 2006 | Il-Wikikwota Franċiża terġa' tingħata bidu. |
| 7 ta' Mejju 2007 | Il-Wikikwota Ingliża tilħaq l-10,000 paġna. |
| Lulju 2007 | Tilħaq 40 lingwa. |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ DeVinney, Gemma (2007-01-18). "Wikiquote: Another source for quotes on the Web". Electronic Highways (bl-Ingliż). University of Buffalo. Miġbur 2009-03-19.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]| Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Wikiquote:Wikiquote |