Eileen Chang
| Eileen Chang | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Twelid |
Shanghai International Settlement (en) |
| Nazzjonalità |
Stati Uniti tal-Amerka Tajwan Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
| Mewt |
Westwood (en) |
| Familja | |
| Missier | Zhang Zhiyi |
| Omm | Huang Suqiong |
| Konjuga/i |
Hu Lancheng (en) Ferdinand Reyher (en) |
| Edukazzjoni | |
| Alma mater |
Università ta' Hong Kong St. Mary's Hall, Shanghai (en) St. John's University (en) Fakultà tal-Arti tal-Università ta' Hong Kong |
| Lingwi |
Ċiniż djalett ta' Shanghai djalett ta' Nanjing Ċiniż Mandarin Ingliż |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
xeneġġatur ġurnalist traduttur kittieb rumanzier |
| Impjegaturi |
University of California, Berkeley (en) |
| Xogħlijiet importanti |
Lust, Caution (en) |
| Psewdonomu | 梁京u Լյան Ցին |
| Moviment artistiku |
psychological drama (en) esej |
Eileen Chang (biċ-Ċiniż tradizzjonali: 張愛玲; biċ-Ċiniż issimplifikat: 张爱玲; pinyin: Zhāng Àilíng; Wade–Giles: Chang1 Ai4-ling2; twieldet fit-30 ta' Settembru 1920 – mietet fit-8 ta' Settembru 1995), magħrufa wkoll bħala Chang Ai-Ling , Zhang Ai Ling, jew bil-psewdonimu tagħha Liang Jing (梁京), kienet esejista, rumanziera u kittieba tal-films. Hija kienet ta' nazzjonalità Amerikana iżda mwielda ċ-Ċina. Chang hija kittieba femminista tal-letteratura Ċiniża, magħrufa għar-rappreżentazzjoni tal-ħajja f'Shanghai u f'Hong Kong fis-snin erbgħin tas-seklu 20.
Chang twieldet f'familja aristokratika u ġiet edukata b'mod bilingwi f'Shanghai. Hija kisbet prominenza letterarja fiż-żmien li Shanghai kienet taħt il-ħakma Ġappuniza, bejn l-1943 u l-1945. Madankollu, wara li ċ-Ċina waqgħet taħt il-ħakma Komunista, hija ħarbet mill-pajjiż. Lejn l-aħħar tas-snin sittin u l-bidu tas-snin sebgħin tas-seklu 20, xogħolha reġa' ġie skopert minn diversi studjużi fosthom C.T. Hsia u Shui Jing. Mar-rivalutazzjoni tal-istorja letterarja ta' wara Mao Zedong, fl-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin, hija reġgħet kisbet prominenza letterarja fit-Tajwan, Hong Kong, iċ-Ċina Kontinentali u fil-komunitajiet tad-dijaspora Ċiniża.[1] Għal darb'oħra, fil-bidu tad-disgħinijiet, Chang reġgħet saret popolari mal-poplu Ċiniz.
Chang kienet kittieba realista u modernista magħrufa għan-narrattiva unika tagħha ambjentata fi żmien il-gwerra.[2] Xogħolha kien meqjus uniku għaliex iddevja mir-rakkonti popolari li kienu jitkellmu dwar ir-rivoluzzjoni u s-salvazzjoni nazzjonali. Hija fittxet li tirrakkonta d-dettalji u l-esperjenzi tal-ħajja ta' kuljum li għalkemm jaf jidhru irrelevanti huma importanti għaliex jitfgħu dawl fuq il-ħajja tan-nies komuni f'perjodi ta' vjolenza u bidla soċjali. Chang kienet magħrufa wkoll għal mod ta' kif tħares lejn il-ħajja moderna u għall-ħila tagħha li tikkuntrasta elementi mir-realtà storika (il-gwerra, l-imblokk, il-ġuħ, u l-iskarsezza) ma' elementi mid-dominju tal-ħajja privata u domestika (l-imħabba, ix-xenqa, u t-telf).[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Chang, Eileen (Zhang Ailing) 1920–1995." Encyclopedia of Modern China, editjat minn David Pong, vol. 1, Charles Scribner's Sons, 2009, pp. 193-195. Gale Virtual Reference Library.
- ↑ Qu, Lina (2020-02-09). "Writing, Rewriting, and Miswriting: Eileen Chang's Late Style Against the Grain". CLCWeb: Comparative Literature and Culture. 21 (6).
- ↑ Pong, David. Encyclopedia of modern China. ISBN 978-0-684-31571-3.